Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fil-Powerstation f’Delimara

Raġel ta’ 45 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fil-Powerstation f’ Delimara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm.

Ir-raġel miż-Żejtun weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol. Huwa waqa’ minn għoli ta’ madwar metru u nofs.

Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħadu lir-raġel l-ispar.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Gabriella Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkejsta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.