Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan

Raġel ta’ 47 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular meta kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni San Ġiljan.

Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq Schreiber għall-ħabta tas-7.15am.

Ir-raġel, li huwa Taljan, ingħata assistenza mill-Protezzjoni Ċivili u minn tim mediku, li ħadu l-isptar b’ambulanza.

Il-Pulizija qed tinvestiga. Fil-każ infetħet inkjesta mmexxijja mill-Maġistrat Doreen Clarke.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Connie Mifsud instabet qawwija u sħiħa wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iktar kmieni, iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja, kienet…

Aktar