Kronaka
Żagħżugħ ta’ 20 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular

Sirjan ta’ 20 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.10am fi Triq Wied Għollieqa, il-Kappara.

Il-vittma ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Dwar il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.