Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija u spiċċa fuq saqaf ta’ karozza
Ingliż ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn gallarija matul il-lejl li għadda.
L-inċident seħħ fi Triq il-Ħabs l-Antik l-Isla għall-ħabta tas-sagħtejn u għaxra ta’ dalgħodu.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar fejn aktar tard ġie iċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.
Ir-raġel allegatament waqa’ madwar 3 sulari minn gallarija ta’ residenza fl-imsemmija triq, b’konsegwenza li spiċċa fuq saqaf ta’ vettura.

Dwar dan il-każ, se tinħatar inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar