Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallerija f’lukanda

Ingliż ta’ 45 sena jinsab fil-periklu li jmut wara li waqa mal-erba’ sulari minn gallerija ta’ lukanda. Kienu xi s-siegħa ta’ dalgħodu xħin il-Pulizija ġew infurmati mill-Isptar li kienet għadha kemm daħlet persuna l-isptar wara waqa’ minn gallarija ta’ lukanda li tinsab fit-triq tal-Marfa, fil-Mellieħa.

Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Lokali

Aktar minn għaxar kumpaniji Maltin li jipproduċu l-logħob diġitali u mis-settur tal-e-sports qed jirriklamaw is-servizzi tagħhom fl-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sports – f’Gamescom fil-Ġermanja. Din hija t-tieni darba…

Parlament

Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Paul Muscat Terribile, kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-aħbar u sellmu l-memorja tiegħu. Fosthom l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’isem il-Parlament, li fakkar fil-kontribut ta’…

Qorti

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri…

Aktar