Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn sellum fin-Nadur

Raġel ta’ 59 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ waqa’ għal isfel fin-Nadur.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq San Blas għall-ħabta tas-12.50pm ta’ waranofsinhar, meta raġel ferut twassal  b’karozza privata fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ir-raġel, li huwa mix-Xewkija, kien qed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni. Allegatament huwa kien nieżel ma’ sellum, meta waqa’ u ħabat rasu ma’ ħajt.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Simone Grech. Il-Pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Diversi żoni f’Malta illejla intfew, bil-għan li nsalvaw l-enerġija. Din l-inizjattiva, li hija waħda favur l-ambjent, kienet mifruxa mad-dinja, u ingħatat l-isem ta’ Earth Hour. F’Malta saret mill-NGO Żibel, u…

COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

Aktar