X

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sulari

Story Published

Raġel ta’ 33 sena, residenti l-Qrendi, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar żewġ sulari f’Ħal Luqa.

Kienu għall-ħabta tal-10am, xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq il-Parroċċa minħabba li hemm persuna feruta wara li waqgħet minn għoli.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li, għal xi raġuni, ir-raġel waqa’ waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett

Related Post