Kronaka
Raġel fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li  weġġa’ waqt li kien qed jaħdem f’garaxx f’Wied Sara, fl-Għasri.

Għall-ħabta tat-2.45pm, il-Pulizija kienu infurmati mid-Dipartiment tas-Saħħa, li aktar kmieni kienu assistew raġel li weġġa’ għax intlaqat minn biċċa injama li taret minn magna li kien qed jaħdem biha.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa. Hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Simone Grech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.