X

Raġel fl-Awstralja akkużat li qatel lil martu, lit-tliet uliedu u lill-kunjata

Raġel ta’ 24 sena qed ikun akkużat li qatel lil familtu fid-dar tagħhom f’Perth, fl-Awstralja. Anthony Robert Harvey ta’ 24 sena qed ikun akkużat bil-qtil ta’ martu, it-tliet uliedu bniet, u n-nanna tagħhom.

Il-katavri ta’ Mara Lee Harvey ta’ 41 sena, it-tewmin ta’ sentejn Alice u Beatrix, Charlotte ta’ 3 snin, u Beverley Quinn ta’ 73 sena, instabu mill-pulizija l-Ħadd li għadda wara li l-akkużat mar huwa stess fl-għassa.

Kien stabbilit li l-ħames persuni nqatlu b’oġġett tqil u bis-skieken. Filwaqt li l-omm u uliedha huwa mifhum li nqatlu fit-3 ta’ Settembru, l-anzjana nqatlet l-għada meta marret iżżur lil bintha u n-neputijiet.

Il-komunità ta’ Bedford, fejn kienet tgħix il-familja, tinsab ixxukkjata, bil-pulizija li sabu x-xena makabra qed jingħataw għajnuna psikoloġika.

Id-dar fejn inqatlet il-familja Harveymore
L-ewwel Pulizija fuq ix-xena qed jingħataw għajnuna psikoloġikamore
Charlotte ta' 3 snin inqatlet m'ommha u ż-żewġ ħuthamore
L-anzjana Beverly Quinn kienet l-aħħar vittmamore
RA :