Qorti
Raġel ieħor jitressaq fuq “frodi romantiku”

Raġel ta’ 26 sena mill-Kosta tal-Avorju, Youssouf Madou Suomauro Ben baqa’ arrestat wara li ġie akkużat b’każ ta’ frodi magħruf bħala Romance Fraud.

L-akkużat ġie arrestat wara li mill-investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li daħħal mara ta’ 58 sena f’relazzjoni virtwali miegħu taħt l-impressjoni li kien Malti-Awstraljan li jgħix Malta imma kellu jmur lura l-Awstralja.

Youssouf Madou Suomaruo Ben tressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

Fil-qorti ħareġ li l-mara laħħqet iddepożitat €8,000 fil-kont bankarju tal-akkużat. Il-każ seħħ f’Ottubru li għadda, bil-pulizija ssib li l-akkużat mhux talli ma kienx Malti-Awstraljan li mar l-Awstralja, imma kien jgħix f’appartament f’San Pawl il-Bahar. L-akkużat ġie arrestat mill-appartament tiegħu stess. Huwa ċaħad l-akkużi u nżamm arrestat. Dan il-każ kompla fuq ieħor li dwaru fi Frar tressqu sitt persuni ohra l-Qorti.