Qorti
Raġel illiberat minn akkużi li darab lil martu fi splużjoni ta’ dgħajsa

Raġel ġie lliberat minn akkużi li kkaġuna lill-martu ġrieħi gravi minħabba negliġenza.

Il-każ seħħ f’Awwissu tal-2015 meta l-koppja kienu f’garaxx f’Marsascala, jippreparaw id-dgħajsa biex joħorġu biha meta kien hemm splużjoni u l-mara ġarbet ġrieħi gravi minħabba ħruq. Il-mara ttieħdet l-isptar għall-kura u r-raġel spiċċa jaffaċċja akkużi fil-Qorti.

Fil-kawża, ġie appuntat espert fuq l-isplużjonijiet li spjega kif fwar mill-petrol akkumula fil-garaxx waqt li r-raġel kien qed iferra l-fjuwil fil-mutur tad-dagħjsa. Qal li l-ammont kien biżżejjed biex ikun hemm splużjoni mal-iċken xrara kif ġara f’dan il-każ meta r-raġel mar jixgħel il-mutur.

Il-Qorti kkonkludiet li l-mod kif seħħet l-isplużjoni ma kinetx waħda li wieħed seta’ jipprevedi għaliex ir-raġel ma kienx jaf b’dan il-periklu.