
Brian Pace ta’ 43 sena ġie lliberat minn akkużi ta’ użura u li kkaġuna biża’ li se tintuża vjolenza kontra l-allegat vittma.
Il-każ kien jitratta flus li Pace sellef lil Vincent Axisa f’Settembru 2012.
Fix-xhieda tiegħu, Pace qal li kien sikwit isellef il-flus lil Axisa mingħajr problemi għajr għal darba meta selfu 12,000 lira Maltin u kien baqa’ ma ħalsux lura l-ammont ta’ €8.200.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkonkludiet li d-difiża rnexxielha tipprova l-każ tagħha filwaqt li qalet li ma setgħetx tistrieħ fuq ix-xhieda ta’ Axisa li ma kinetx veritiera għal kollox.
Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…
Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-fatt bejn l-2014 u l-2017,30,000 tfal immigranti intilfu waqt il-vjaġġ tagħhom ifisser falliment tas-sistema. F’konferenza f’Malta organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid…
Il-Bank of Valletta qal li s-servizz mill-fergħat tal-bank ta’ ħlasijiet lil terzi pajjiżi barra ż-żona Ewro se jerġa’ lura għan-normal min-nhar it-Tnejn li ġej. Dan is-servizz kien għadu sospiż wara is-cyber…
Żewġ Maltin li jinsabu f’Tokyo kellhom sorpriża ħelwa li ħadd ma kien joħlomha. Waqt li kienu f’Tokyo, il-Maltin iltaqgħu ma’ żagħżugħ Ġappuniż li mhux talli jaf xi kelma ‘l hemm u…