Kronaka
AĠĠORNAT (2): Ma jammettix l-akkużi ta’ traffikar u pussess ta’ droga wara r-rejd fil-Marsa

Josef D’Amato ta’ 24 sena mill-Marsa ma ammettiex l-akkużi ta’ traffikar u pussess tad-droga eroina, kannabis u kokaina. Huwa kien imfittex mill-Pulizija b’rabta mar-rejd li sar erbat ijiem ilu fir-remissa fejn joqgħod fi Triq it-Tiġrija, fil-Marsa.

D’Amato, li deher quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca.  Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest, bl-akkużat jinżamm taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Josef D’Amato kien arrestat matul il-lejl fil-Gżira. TVM segwa l-mument meta D’Amato kien iċċirkondat minn tlett vetturi tar-Rapid Intervention Unit fi Triq ir-Rebħa fil-Gżira, ftit qabel il-11.30p.m ta’ filgħaxja. Wara li kien immanettjat saret tfittxija fuqu u wara ttieħed id-Depot tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Fir-rejd tal-bieraħ instabet id-droga eroina, kokaina u l-kannabis

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar