
COVID-19
Raġel imut waqt li kellu l-Covid-19
Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa raġel ieħor tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Il-vittmu huwa raġel ta’ 84 sena li miet fir-residenza San Vincenz de Paule.
B’hekk l-ammont ta’ vittmi f’Malta minn meta bdiet il-pandemija huwa ta’ 306.