COVID-19
Raġel imut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li raġel ta’ 85 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Huwa kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan u appella biex il-pubbliku jibqa’ viġilanti u josserva l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni.

Il-Ministeru saħaq fuq l-mportanza li min għandu xi sintomi ma joħroġx u jċempel 111.