COVID-19
Raġel imut waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li raġel ta’ 91 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Fi stqarrija ntqal li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, u appella biex il-pubbliku jibqa’ viġilanti u josserva l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni. Appella biex min għandu xi sintomi ma joħroġx u jċempel 111.