Lokali
AĠĠORNAT (6): Miet l-għada ta’ għeluq sninu waqt li pprova jsalva lil ħaddieħor

Raġel tilef ħajtu dalgħodu wara li bela’ ħafna duħħan min-nar li beda għall-ħabta tal-5.30 ta’ filgħodu f’appartament ieħor fl-istess blokka fi Triq l-Aħmar, f’Marsaskala.

Il-ġuvni ta’ 35 sena, li iktar tard kien identifikat bħala Gordon Spiteri, kien jgħix fil-ħames sular ta’ blokk ta’ sitt appartamenti. Huwa nstab mixħut mal-art fil-komun tal-blokka. Sfortunatament, ġie ċċertifikat mejjet fl-Isptar Mater Dei.

Spiteri kien għadu kemm iċċelebra għeluq sninu fil-jum ta’ qabel, u x’axktarx ħareġ mill-appartament tiegħu biex jgħin lill-ġirien.

In-nies, fosthom żewġt itrabi li jgħixu fil-binja, bdew joħorġu mill-appartamenti fil-5.30am. Sitt persuni oħra, li jgħixu fl-istess blokk ta’ appartamenti ttieħdu l-isptar għall-kura.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jassistu u jikkontrollaw in-nirien. TVM infurmat li fuq il-mejda tal-appartament li fih qabad in-nar, instab fire extinguisher.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, fi tweet, qal li twaqqaf help line –  25450000. Fil-każ infetħet inkjesta mill-Magistrat tal-għassa Joe Mifsud.

Ara wkoll:

Gordon Spiteri huwa l-ġuvni li tilef ħajtu fin-nar f’Marsaskala

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar