Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel imut wara li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar f’Kemmuna

Raġel ta’ 42 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà meta kien qed jgħum fl-inħawi tal-għerien ta’ Santa Marija f’Kemmuna.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar.

Ir-raġel, li huwa minn San Pawl il-Baħar, ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn membri tal-ERRC u wara ttieħed il-port tal-Imġarr fejn ġie eżaminat minn tim mediku mill-isptar ġenerali t’Għawdex, li ċċertifikah mejjet fuq il-post.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Brigitte Sultana. Il-Pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar