Kronaka
Raġel imut wara li ttella’ mitluf minn sensih mill-baħar

Raġel ta’ 42 sena miet wara li ttella’ mill-baħar mitluf minn sensih għall-ħabta tat-14:57 fil-bajja taħt Tigne, f’Tas-Sliema.

Ir-raġel Eritrean ittieħed l-isptar b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Aktar tard, sfortunatament huwa ġie ċċertifikat li tilef ħajtu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Mifsud ġie mgħarraf bil-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Aktar