Kronaka
Raġel isofri ġrieħi gravi f’argument f’San Ġiljan

Raġel Ġermaniż ta’ 34 sena, minn tas-Sliema, qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument f’San Ġiljan.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-04:30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Vjal Portomaso, San Ġiljan.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari l saret irriżulta li kien hemm argument f’appartament bejn żewġ persuni.

Waqt l-vittma kien qed jigi interrogat fuq il-post mill-Pulizija, raġel Malti ta’ 59 sena minn tas-Sliema, aggredih minn wara u ikkagunalu xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.

Ir-raġel ta’ 59 sena qed jiġi interrogat mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar