Kronaka
Raġel isofri ġrieħi gravi f’inċident bejn żewġ vetturi

Raġel indarab gravi wara inċident bejn 2 vetturi f’San Ġwann.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:55 f’San Ġwann fi Vjal ir-Riħan bejn vettura tat-tip Nissan March misjuqa minn mara ta’ 49 sena residenti tas-Sliema u vettura tat-tip Honda misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Latvia.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar