Kronaka
Raġel isofri ġrieħi gravi wara argument fil-Belt Valletta

Raġel sofra ġrieħi gravi wara argument fil-Belt Valletta

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li lbieraħ, għall-ħabta tal-11.30pm, daħal raġel l-Għassa tal-Belt Valletta u rrapporta li ftit ħin qabel, waqt li kien qiegħed fi Triq Tat-Teatru l-Antik, ġie aggredit minn raġel ieħor.

Minħabba li r-raġel, li għandu 51 sena u residenti l-Belt Valletta, weġġa’, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.