Kronaka
Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 63 sena mill-Iklin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kellu inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar fi Triq Dun Karm f’Birkirkara, meta r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu tat-tip Honda u ħabat f’vettura tat-tip Opel Corsa li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 39 sena li tgħix in-Naxxar.

Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.