Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel iweġġa’ gravi b’mutur tal-ħart f’Ħal Kirkop

Dalgħodu raġel indarab b’mutur tal-ħart huwa u jagħmel xi xogħol f’għalqa.

L-inċident seħħ  għall-ħabta tal-11.30am fi triq fi Sqaq l-Imdina fil-limiti ta’ Ħal Kirkop.

Ir-raġel, li għandu 43 sena u jgħix iż-Żurrieq, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn iktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. TVM infurmat li r-raġel ġarrab ġrieħi f’saqajh.

Aħbarijiet Oħra
Internet

Riklami foloz fuq Facebook bi stejjer dwar kif personalitajiet Maltin saru miljunarji wara li investew flushom, huma qarrieqa. Il-Kampanja Nazzjonali għall-Għarfien u Edukazzjoni dwar is-Sigurtá Diġitali, wissiet lill-pubbliku biex joqgħod…

Saħħa

Bl-influwenza tilħaq l-aqwa tagħha f’dawn il-jiem, l-Isptar Mater Dei sa dalgħodu anke kellu numru ta’ pazjenti fil-kuridur minħabba li s-sodod kollha jinsabu mimlija. Madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa ċaħdu li l-virus tal-influwenza…

Safar

Waħda mid-destinazzjonijiet li qed issir ferm popolari magħna l-Maltin, hija bla dubju l-Marokk. Pajjiż li joffri attrazzjonijiet varji u interessanti. L-oriġini ta’ dan l-isem ġej minn Marrakesh, belt fin-nofsinhar ta’ dan il-pajjiż…

Kronaka

Kompliet illum il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Jelle Rijpma li qed jiġi akkużat bil-qtil tal-ex maħbuba u kollega tiegħu Shannok Mak, li nstabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera. Mill-kumpilazzjoni, ħareġ li l-ġuvni…

Aktar