Kronaka
AĠĠORNAT (2): Raġel iweġġa’ gravi f’inċident b’gaffa fil-Magħtab

Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi weġġa’ f’inċident bil-gaffa fil-limiti tan-Naxxar. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-2.45pm fl-impjant tal-iskart fil-Magħtab.

Il-Pulizija qalet li Compactor misjuq minn raġel ta’ 64 sena mill-Filippini li jgħix il-Pietà, irriversja b’konsegwenza li laqat r-raġel ta’ 42 sena, li kien bilqiegħda ġo trakk ta’ tip Daf.

Fi stqarrija l-Wasterserv qalet li l-ħaddiem tagħha kien sofra ġrieħi f’saqajh.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ssejjaħ ukoll tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn iktar tard  ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar