Kronaka
Raġel iweġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karozza fil-Fgura

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas.

Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta bejn karozza Ford Focus misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Tarxien.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.