
Raġel ta’ 26 sena weġġa’ gravi meta kien qed inaddaf magna. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm f’Wied is-Sewda, Ħaż-Żebbuġ.
Skont il-Pulizija, mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li r-raġel minn Niġer residenti l-Imsida ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…
Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…
Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…
Is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Missing Children Europe Aagje Leven qalet li l-fatt bejn l-2014 u l-2017,30,000 tfal immigranti intilfu waqt il-vjaġġ tagħhom ifisser falliment tas-sistema. F’konferenza f’Malta organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid…