Kronaka
Raġel iweġġa’ gravi wara li ċeda saqaf bih f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 47 sena weġġa’ gravi waqt li l-Ġimgħa waranofsinhar kien qed jagħmel xogħlijiet f’residenza f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija qalet li lbieraħ, għall-ħabta tal-4.30pm, kienet infurmata bl-inċident fi Sqaq Sajjan.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel, li huwa Niġerjan, sofra xi ġrieħi meta ċeda saqaf ta’ residenza waqt li kien qed isir
xi xogħol ta’ manutenzjoni.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Il-Pulizija tad-Distrett qed tinvestiga.