Kronaka
Raġel iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-karozza f’Marsaxlokk

Raġel weġġa’ gravi f’inċident f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq Delimara.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix il-Kalkara kien qed isuq vettura tat-tip Chevrolet Matiz, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb.

Fil-vettura kien hemm ukoll raġel ta’ 22 sena residenti Ħal Tarxien. Ir-raġel ta’ 22 sena sofra xi ġrieħi u ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn
iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.