
Kronaka
Raġel iweġġa’ gravi wara li ttajjar f’Birkirkara
Raġel ta’ 36 sena mill-Mali weġġa’ gravi wara li ttajjar minn vettura f’Birkirkara.
Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq Fleur De Lys għall-ħabta tat-8.30am.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel safa’ milqut minn vettura ta’ tip Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena li tgħix Ħaż-Żebbuġ.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.