Kronaka
Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun

Raġel ta’ 30 sena weġġa’ gravi wara li dalgħodu waqa’ fil-Ħamrun. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq Villambrosa għall-ħabta tal-10.00am.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, Sirjanli joqgħod il-Ħamrun stess, waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.