Kronaka
Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ ġo każin fil-Belt

Raġel weġġa’ meta dalgħodu waqa’ m’għola sular fil-Belt. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 fi Triq ir-Repubblika.

Il-Pulizija qalet li r-raġel, li għandu 52 sena u joqgħod il-Belt, waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħolijiet fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ każin.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.