Kronaka
Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq trakk

Raġel ta’ 41 sena mill-Isla weġġa’ gravi wara li allegatament waqa’ minn fuq trakk.

L-inċident seħħ waqt li kien jaħdem f’barriera fi Triq Bur ix-Xewk, is-Siġġiewi.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza, fejn ir-raġel ittella’ mill-barriera u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.