Qorti
Raġel jammetti li darab ħafif żewġ pulizija

Libjan ta’ 34 sena li jaħdem bħala parrukkier qed jirriskja li jispiċċa l-ħabs wara li ammetta li iktar kmieni dax-xahar fera ħafif surġent u kuntistabbli tal-pulizija.

Il-Libjan Faraj Mohammed El Ragig minn Benghazi ammetta l-akkużi, bil-prosekuzzjoni tgħid li din ma kinitx l-ewwel darba li l-Libjan wettaq reati simili fuq pulizija.

L-Ispettur Andy Rotin qal li din kienet it-tielet darba li El Ragig ħebb għall-uffiċjali tal-Korp u għalkemm l-akkużat ikkopera mal-pulizija, jibqa’ l-fatt li El Ragig għandu problema ta’ droga.

Rotin qal li kull darba li l-Pulizija jmorru biex jgħinuh, dan jispiċċa jħebb għalihom. Il-Libjan inżamm taħt arrest sakemm il-qorti tagħti s-sentenza.