Qorti
Raġel jammetti li kellu vidjows pornografiċi li fihom jidhru tfal

Raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar ammetta fil-Qorti li kellu fil-pussess tiegħu vidjows pornografiċi li fihom jidhru minorenni ta’ 13 u 14-il sena.

Ir-raġel m’għandux impjieg u jsofri minn kundizzjoni mentali bid-difiża titlob li jsir rapport minn social worker qabel tingħata s-sentenza.

Il-Maġistrat Victor Axiak ordna li r-raġel jinżamm arrestat fis-sezzjoni għall-persuni vulnerabbli li hemm fil-Ħabs.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Dorianne Tabone waqt li l-Avukat Mario Caruana deher għar-raġel.