Kronaka
Raġel jaqa’ minn fuq l-irdumijiet ta’ Ras id-Dawwara

Raġel ta’ 49 sena mill-Mosta ttella’ mill-baħar mill-Forzi Armati wara li waqa’ għoli ta’ diversi metri minn fuq l-irdumijiet ta’ Ras id-Dawwara fl-akwati ta’ Għar id-Dwieb fl-Imtaħleb.

TVM huwa infurmat li l-inċident seħħ għal ħabta tal-4.15pm.

Malli l-Pulizija ġew infurmati bil-każ u marru fuq il-post, illokalizzaw lir-raġel u talbu għall-assistenza tal-Forzi Armati. Ir-raġel ġie salvat mill-baħar u ttella’ fuq dinghy tal-Forzi Aramti. Fuq il-post mar helikopter, fejn ir-raġel ittella’ minn fuq id-dinghy u tniżżel l-art fil-viċinanzi fejn kien hemm ambulanza tistennieh.

Il-Mosti ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Rapport ta’ dan il-każ qed isir mill-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Sewwieq li qabeż central strip u baqa’ dieħel f’karozza b’mara u tarbija fiha kien immultat u kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża. L-inċident kien seħħ f’April tas-sena l-oħra, meta Herbert Said ta’…

Politika

Il-Gvern Malti kkundanna ż-żieda fil-vjolenza li qed tkun irrappurtata madwar Gaza, b’mod partikolari fuq il-pubbliku. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba tal-vittmi u solidarjetà…

Lokali

Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tar-Reġistru Elettorali, il-Kummissjoni Elettorali qed tfakkar lil kull min jikkwalifika biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru 2018 għandu jiċċekja jekk ismu u l-partikolaritajiet…

Aktar