Lokali
Raġel jaqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari f’dar f’Birkirkara

Raġel li l-età tiegħu għadha mhix stabbilità ndarab gravi wara li f’nofs ta’ lejl waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari f’dar f’Birkirkara.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-1.30 a.m. f’darb fi Triq in-Naxxar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel Sirjan, waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari f’residenza privata.

Ir-raġel ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Birkirkara.