Lokali
Filmat: Żejtuni ta’ 59 sena jitlef ħajtu wara li waqa’ 5 sulari f’Ħaż-Żabbar

Victor Desira, ħaddiem ta’ 59 sena miż-Żejtun tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar ħames sulari f’residenza li tinsab fi Triq John Delia f’Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 p.m. meta r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, madankollu huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investgazzjonijiet tal-pulizija mid-Distrett ta’ Ħaż-Żabbar għadhom għaddejjin.