Kronaka
Raġel jindarab gravi f’argument f’Marsaxlokk

Raġel ta’ 35 sena u residenti San Ġwann, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’Marsaxlokk.

Kienu għall-ħabta tal-11.20pm xħin il-Pulizija ġiet infurmata li ħdejn il-Kappella tas-Silġ f’Marsaxlokk hemm raġel mal-art u mimli dmija.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari li għamlu rriżulta li r-raġel kien qiegħed hemm ma’ persuna oħra, meta għal xi raġuni qam argument bejniethom u allegetament, attakah b’xafra u kkaġunalu ferita f’wiċċu. L-allegat aggressur imbagħad seraqlu baskett u wara ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-isptar għall-kura meħtieġa.