Kronaka
Raġel jindarab gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.

Jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Jidher li l-mutur tat-tip Kymco Agility 125 kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn Buġibba meta seħħ l-inċident.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Qorti

Annise Bejaoui ta’ 31 sena ntbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs filwaqt li tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati ta’ tentattiv ta’ serq kif ukoll bi ħsara volontarja…

Turiżmu

Malta ġiet ippremjata b’ Connoisseur Circle Hospitality Award bħala l-aqwa destinazzjoni kulturali din is-sena. It-tim tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Ġermanja rċieva l-unur tal-Cultural Getaway of the Year 2020, bħala l-aħjar destinazzjoni…

Knisja Maltija

Id-Djoċesi ta’ Għawdex ħabbret li l-konsagrazzjoni ta’ Monsinjur Anton Teuma bħala d-disa’ isqof tad-djoċesi u l-ingress solenni tiegħu fil-Katidral fil-Belt Victoria ser isir fit-13 ta’ Settembru filgħaxija. Bħala motto għall-episkopat…

Aktar