Kronaka
Raġel jindarab gravi wara li ċeda taraġ bih

Raġel Ingliż ta’ 55 sena joqgħod Kerċem, Għawdex, weġġa’ gravi f’inċident, f’Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am fi Triq il-Kavallieri, ix-Xlendi limiti tal-Munxar.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel waqt li kien nieżel, it-taraġ ċeda bih.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivilli u tim mediku assistew lir-raġel u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.