Kronaka
Raġel jindarab gravi wara li ttajjar fiż-Żejtun

Raġel ta’ 47 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar indarab gravi f’inċident fiż-Żejtun. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bil-każ fi Triq Bugħarbiel dalgħodu għal xi 9:20.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel safa’ milqut minn karozza ta’ tip Nissan March misjuqa minn raġel ta’ 49 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.