Kronaka
Raġel jindarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’Għawdex

Raġel ta’ 64 sena minn Kerċem, Għawdex ittieħed b’emerġenza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li waqa’ min fuq sellum.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa għalqa li tinsab fi Triq Saguna, s-Sannat, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel waqa’ madwar sular għoli minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzzjoni fuq kamra ta’ għalqa.

Huwa kien assistit minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Il-Partit Laburista qal li r-rapport ta’ diliġenza dwar Adrian Delia u Bernard Grech juri li ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni mhumiex idonji għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President…

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla il-Gvern ser ikompli jgħin lill-familji, pensjonanti u negozji minkejja li jinsab f’morsa finanzjarja kawża tal-pandemija. Fost il-miżuri li ser ikunu parti…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Aktar