Kronaka
Raġel jinqabad fil-fatt meta daħal jisraq minn dar f’Bormla

Raġel ta’ 41 sena nqabad fil-fatt mill-Pulizija meta llum daħal f’dar f’Bormla, biex allegatament jisraq.

Kienu għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati minn persuna li qalet li rat lil xi ħadd jidħol ġo dar fi Triq il-Mitħna minn tieqa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn iċċirkondaw ir-residenza biex l-allegat ħalliel ma jaħrabx, waqt li l-Membri tar-Rapid Intervention Unit daħlu fir-residenza fejn sabuh moħbi ġo kamra żgħira mimlija imbarazz.

Ir-raġel ġie arrestat, u wara tfittxija li saret fuqu instabu xi affarijiet li allegatament kienu misruqa mir-residenza.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tibdil fil-klima, il-qerda tal-ambjent naturali tagħna u l-iżvilupp teknoloġiku qanqlu reazzjoni bla preċedent mill-komunità internazzjonali f’dawn l-aħħar snin. Madankollu, fadal ħafna xi jsir. Hekk kif l-industrija qiegħda tħares ’il quddiem…

Kronaka

Sirjan ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi serji meta ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam triq fil-Ħamrun. L-inċident seħħ ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija fi triq Joe Sciberras il-Ħamrun meta…

Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Aktar