Barranin
Raġel jinqatel minn kelb il-baħar f’bajja popolari fl-Awstralja

Raġel tilef ħajtu wara li kien attakkat minn kelb il-baħar viċin Cable Beach, fin-naħa ta’ fuq ta’ Western Australia. Il-bajja ngħalqet u l-pubbiku ġie mwissi biex ma jinżilx fil-baħar għal issa.

Dan huwa t-tmien attakk fatali minn kelb il-baħar fl-Awstralja din is-sena, iżda f’din iż-żona l-attakki minn klieb il-baħar mhumiex komuni.

L-ispeċi partikolari tal-kelb il-baħar li attakka lir-raġel għadha mhux magħrufa, hekk kif f’din iż-żona l-iktar klieb il-baħar komuni huma reef sharks, novel-nosed rays u hammerheads, li normalment ma jattakkawx nies.