Kronaka
AĠĠORNAT: Ċiklist iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza

Ċiklist, Awstraljan ta’ 45 sena residenti l-Isla ndarab gravi wara inċident tat-traffiku.

Iċ-ċiklist li ntlaqat minn vettura nstab f’għadira demm għall-ħabta tal-11am fi Triq Lapsi, Siġġiewi.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.