Lokali
AĠĠORNAT 2: Raġel jinstab mejjet fil-baħar u jittella’ f’Manoel Island

Il-Pulizija qed tinvestiga l-mewt ta’ żagħżugħ mis-Serbja li ttella’ bla ħajja fil-baħar ħdejn il-yacht marina ta’ Manoel Island. Il-pulizija qalet li s-Serb intlemaħ f’wiċċ il-baħar għall-ħabta tat-8.15am. Fuq il-post, il-Pulizija sabu raġel f’dinghy li kien qed jipprova jgħin lis-Serb li kien fil-baħar u deher mitluf minn sensieh. Is-Serb li għandu 29 sena ġie ċertifikat mejjet fuq il-post.

Sorsi infurmati qalu li fuq il-vittma ma kienx hemm sinjali ta’ vjolenza u jidher li huwa miet mgħarraq. Madankollu l-awtopsja u eżamijiet forensiċi għad iridu jaraw fost oħrajn jekk kienx hemm teħid tad-droga. Hu mifhum li ż-żagħżugħ Serb kien jgħix ma’ ħabib tiegħu Malti fuq dgħajsa u f’xi ħin fuq id-dgħajsa kien hemm ukoll omm il-Malti minħabba li beda jaġixxi b’mod stramb u kien riferut għall-kura.

Fil-yacht marina tal-Gżira kien hemm preżenza ta’ Pulizija tad-distrett u mit-taqsima forensika. Il-Maġistrat tal-Għassa, Ian Farrugia, ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta fosthom lit-tabib forensiku Mario Scerri.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa, l-Uffiċċju Żwigijiet ser ikun miftuħ bejn it-3pm u s-6pm. Fi stqarrija, l-Kurja qalet li l-Uffiċċju Żwiġijiet jiftaħ…

Lokali

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret sensiela ta’ proġetti infrastrutturali ta’ aktar minn mitt miljun ewro li ser iżidu l-kwalità tal ilma, inaqqsu l-emissjonijiet, itejbu l-effiċjenza u jipproteġu l-ilma tal-pjan. Il-Kap Eżekuttiv…

Lokali

Christopher Bartolo li qed jiskonta sentenza ta’ ħames snin ħabs waqt li qed jirċievi kura intensiva minħabba kundizzjoni fil-kliewi, se jkollu jibqa’ jistenna biex il-Qorti tiddeċiedi jekk għandux jitħalla joħroġ…

Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia ppreżenta kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Malta Industrial Parks u l-Vitals Global Healthcare biex il-kuntratt bejn il-Gvern u l-VGH…

Aktar