Kronaka
Imut f’sit ta’ kostruzzjoni wara li daħal jisraq

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru f’sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan. Il-katavru nstab ftit qabel is-6.30am.

Minn stħarriġ li għamel TVM jirriżulta li l-Pulizija mhix teskludi li l-vittma, li mill-ewwel informazzjoni li għandha huwa raġel barrani li ġej minn xi pajjiż mil-Lvant tal-Ewropa, daħal fis-sit sabiex jisraq.

Sorsi qrib l-investigaturi kkonfermaw ma’ TVM li l-vittma m’huwiex ħaddiem f’dan is-sit fejn qed isir xogħol ta’ estenssjoni tal-lukanda Westin Dragonara. Nifhmu li malli nstab il-katavru, ittieħdu prekawzzjonijiet kbar ta’ sigurtà hekk kif fl-istess lukanda, dak il-ħin kien hemm il-Prim Ministru Libjan Fayez al-Sarraj.

Il-Pulizija kkonfermat li r-raġel miet wara li waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari. Fuq il-post kien imsejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post kawża ta’ ġrieħi serji f’rasu.

Fuq il-post issejħu wkoll il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex itellgħu l-kadavru. Iżda minħabba li fejn waqa’ ma kienx aċċessibbli, intuża krejn bil-gaġġa li kien hemm fl-istess sit biex fiha ttella’ l-katavru. Wara l-katavru ttieħed fil-kamra mortwarja ta’ Mater Dei.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti fosthom il-Perit Mario Cassar u t-Tabib Forensiku Mario Scerri. L-Ispettur Matthew Spagnol mill-Għassa ta’ San Ġiljan qed jinvestiga dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Skont stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fit-tielet kwart ta’ din is-sena l-ekonomija Maltija kibret b’5.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. F’termini reali t-tkabbir kien ta’ 3.4 fil-mija….

Qorti

Dr Victoria Buttigieg inħatret bħala l-ewwel Avukat tal-Isat wara li ġiet rakkomandata b’mod unanimu minn Kummissjoni ta’ Ħatra fi tmiem sejħa pubblika. Dan rwol Kostituzzjonali ġdid riżultat tal-liġi li ġiet…

Politika

Id-Deputat Laburista Robert Abela qal li b’umiltà lest li joffri l-ftit li jaf biex ikun parti mil-bidla ħalli Malta tiġi lura l-ġojjell li kienet f’qasir żmien. Fuq Fabebook, Dr Abela…

Lokali

L-ex Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Dr Harry Vassallo nħatar bħala Chairperson tal-Kummissjoni Gwardjan tal-ġenerazzjonijiet futuri li fost l-oħrajn hi responsabbli li tqajjem aktar għarfien dwar kwistjonijeit prattiċi tal-iżvilupp sostenibbli u…

Aktar