Kronaka
AĠĠORNAT (1): Instab mixħut mal-art, marbut u b’tape mdawwar ma’ ħalqu

Serqa ta’ eluf ta’ Ewro minn gabbana fix-Xatt ta’ Tas-Sliema l-lejl li għadda ħalliet lill-għassies marbut u mixħut mal-art għal madwar tliet sigħat sakemm instab minn lavrant li daħal għax-xogħol dalgħodu.

L-għassies li hu raġel ta’ 35 sena mill-Pakistan instab mixħut mal-art, marbut u b’tape mdawwar ma’ ħalqu.

Hu nstab fil-gabbana għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħodu. Huwa ttieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel sofra ġrieħi ħfief u wara li ngħata l-kura ntbagħat id-dar. Qed ikun rappurtat li l-ħallelin irnexxielhom jiftħu s-safe tal-gabbana minn fejn ħarbu b’eluf ta’ Ewro.

Kelliem għall-Pulizija qal lil TVM li nsterqu ammont konsiderevoli ta’ flus.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ħass li kellu jattendi għas-summit tal-Kunsill Ewropew għax hu l-Prim Ministru tal-pajjiż u xogħlu huwa li jirrappreżenta lil Malta. Huwa qal dan fl-isfond li…

Politika

Iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista: Chris Fearne u Robert Abela ddikjaraw li Konrad Mizzi mhux ser jkun fil-kabinett tagħhom għalkemm jibqa’ fil-grupp parlamentari Laburista. Intervistati fil-programm Dissett, Dr Fearne u…

Lokali

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO qalet li minħabba ħsarat is-servizzi tal-internet kemm dak fiss, kif ukoll tal-mobile mhumiex qegħdin jaħdmu. Fuq Facebook il-kumpanija qalet li konsegwenza ta’ din il-ħsara, iċ-channels diġitali tal-call centre huma…

Aktar