Qorti
Raġel jinżamm arrestat fuq fastidju sesswali u kliem oxxen

Raġel ta’ 32 sena mill-Albanija, li jgħix ix-Xlendi, inżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex.

Ir-raġel ġie akkużat li nhar il-5 ta’ Lulju għall-ħabta tal-11.20pm, waqt li kien fi stabbiliment fi Triq il-Ġostra fix-Xlendi, ta fastidju sesswali lil mara. Hu ġie akkużat ukoll li għamel dawn l-atti f’post pubbliku u li qal kliem oxxen fil-pubbliku.

Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, bis-sentenza mistennija tingħata fil-jiem li ġejjin. sadanittant l-akkużat se jinżamm taħt arrest.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana, waqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.